Il-paġna ta’ Saħħa għadha kif ħabbret li fl-24 siegħa li għaddew instabu 102 każ ġdid. Il-paġna żvelat ukoll li 124 persuna fiequ mill-Covid-19 f’Malta. B’hekk l-ammont totali ta’ każi pożittivi issa huwa ta’ 2,316.
It-total ta’ każijiet li kellna s’issa jammonta għal 20,047. Il-paġna żvelat ukoll li tul dawn l-aħħar 24 siegħa, tilfu ħajjithom żewġ persuni oħra kawża tal-Covid-19. Dawn kienu mara ta’ 83 sena u raġel ta’ 72 sena. Dan ifisser li t-total ta’ mwiet huwa ta’ 297.
Sal-bieraħ ingħataw 53,647 doża tat-tilqima kontra l-Covid-19, b’17,102 jingħataw it-tieni doża.
Facebook / Saħħa