"Wara Ħafna Ljieli Mqajmin Irnexxielna Nsalvawha Mill-Mewt" – PJ

Kulħadd jaf lil Pj kemm hu rett waqt Ħadd Għalik. Ma jaħrablux punt u ħadd ma jista jfotti waqt il-logħob. Imma li ftit jafu huwa li PJ jħobb ħafna l-annimali! B'Kollox Pj u l-mara tiegħu Claudia għandhom 3 klieb u 9 qtates!

Madwar sena ilu meta waħda mill-klieb kellha l-frieħ indunaw li kellha problema. Ġeru minnhom ma bediex jikber normali. Waqt intervista l-mara ta' Pj qaltilna "meta jitwieldu nkunu rridu niżnuhom kuljum u din ma bdietx ittellgħa l-piż kif sippost".

Sintendi għal min iħobb l-annimali jibda jinkwieta. Ħaduha tiġri għand vet u qalilhom li dan il-ġeru kellu 'Cleft Palate' jiġifier is-saqaf ta' ħalqha kien maqsum. B'hekk dan il-ġeru ma setax jixrob il-ħalib ta' ommu. Il-Vet qalilhom li kull 3 sigħat bil-lejl u nhar għal 8 ġimgħat sħaħ Pj u Claudia riedu jisquh.

"Pj kien deddikat ħafna u kien iqum miegħi għal kull darba biex nisquha flimkien biex insalvawha" - Claudia

Claudia tgħidilna li kienet tibza li kull x'ħin idoqq l-alarm lil dan il-ġeru jsibuh bla ħajja.

Fortunatament wara ħafna ljieli twal u bla rqad u anke bl-għajnuna ta' vet professjonali, Pj u Claudia ssalvaw lil Ċikka. Ċikka llum għalqet sena u kull ġurnata li tgħaddi huwa miraklu li baqgħet ħajja.

"Pj mhux biss huwa r-raġel idejali iżda wkoll missier għat tfal tagħna u dawk ta' 4 saqajn ukoll." Claudia

Proset PJ u Claudia (u l-familja kollha)

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI