Illum Jiġi Ċċelebrat Il-Jum Dinji Marittimu – Il-Forzi Armati Ta' Malta Jfakkru Din Il-Ġurnata

Il-Jum Dinji Marittimu jiġi ċċelebrat kull sena biex titfakkar l-importanza tal-industrija marittima u l-irwol vitali tagħha fil-kummerċ dinji.

Din il-ġurnata, organizzata mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), tfakkar ukoll l-isforzi biex it-trasport bil-baħar isir bl-aktar mod sigur, nadif u sostenibbli.

Kull sena tingħażel tema differenti biex tenfasizza sfidi jew kisbiet partikolari fil-qasam marittimu. Hija wkoll opportunità biex napprezzaw ix-xogħol iebes tal-baħħara u dawk kollha li jaħdmu fl-industrija marittima madwar id-dinja.

Il-paġna Armed Forces of Malta (AFM) kienet fost dawk li fakkru din iċ-ċelebrazzjoni. "Illum niċċelebraw il-Jum Dinji Marittimu! Il-Forzi Armati ta’ Malta bi kburija jissalvagwardjaw l-ibħra tagħna u jonoraw lil dawk kollha li jiddedikaw ħajjithom għad-dinja marittima."

Napprezzawhom immens!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI