L-Attriċi Li Tħobb Tivjaġġa Tiċċelebra Għeluq Sninha

Taryn Mamo Cefai ġibdet l-attenzjoni tal-Maltin kollha meta qabżet minn fuq il-palk tat-teatru għal fuq l-iscreens tat-televiżjoni, u kompliet issostni din l-attenzjoni permezz tal-profil tagħha fuq Instagram li kważi kważi tista’ tqisu bħala djarju tal-vjaġġi tagħha. Ilbieraħ din il-figura lokali għalqet sninha, u aħna ħsibna li nħarsu daqsxejn lura u naraw ix-xogħol li diġà rnexxielha twettaq fid-dinja tad-divertiment Malti.

GuideMeMalta.com

L-attriċi ilha involuta fid-dinja tal-arti mindu kellha madwar tliet snin: kienet intiża tal-ballet, iżda ma damitx ma nġibdet lejn ir-reċtar u sabet l-għaxqa tagħha fuq il-palk. Minn sempliċi Prize Days tas-sekondarja għal borża ta’ studju ma’ Stagecoach fl-età ta’ 14, Taryn tħarrġet fin-namra tagħha mar-reċtar permezz ta’ rwoli diversi, inklużi ‘Sherrie Christian’ f’Rock of Ages u Princess Fuzzyfluff fil-pantomima tal-MADC tal-2014.

Reno Rapa

Għaldaqstant, il-poplu Malti verament sar familjari magħha meta saret il-wiċċ ta’ ‘Lydia’ fil-programm televiżiv Strada Stretta, wieħed mill-aktar sensiliet popolari li inzertajna dan l-aħħar; kienet ukoll involuta fil-konkors tal-Junior Eurovision tal-2016 bħala host. M’ilux, hija qdiet ir-rwol ta’ ‘Claudette’ f’Il-Kbir Għadu Ġej, il-musical imnebbaħ minn xogħol Freddie Portelli.

View this post on Instagram

A post shared by Taryn’s Travels ♡ (@tarynmamocefai) on Sep 4, 2019 at 4:13am PDT

Awguri Taryn!

YouTube / Sharp Shoot Media

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI