Charles Xerri, imwieled Ħal Qormi, illum jagħlaq 59 sena.
Hu twieled nhar id-29 ta’ April 1964, u matul il-karriera tiegħu lagħab għal Floriana F.C., Rabat Ajax, Sliema Wanderers, Hibernians F.C., Ħamrun Spartans, Qormi F.C., Luxol St. Andrew’s, u t-tim nazzjonali Malti.
Fost l-unuri li rebaħ hemm: il-kampjonat tal-league, darba mar-Rabat Ajax u darbtejn ma’ Hibernians F.C.; F.A. Trophy wieħed ma’ Hibernians F.C.; Euro Cup wieħed ma’ Rabat Ajax; Super Cup wieħed ma’ Hibernians F.C., u; il-league tal-ewwel diviżjoni ma’ Hibernians F.C.
Apparti minn hekk, rebaħ ir-Rothmans Footballer of the Month darbtejn meta kien ma’ Hibernians F.C. u l-MFA Footballer of the Year meta kien mal-istess tim.
Awguri, Charles!
Facebook / Malta and International Football Collection