Illum huwa l-Jum Internazzjonali tal-Apprezzament tar-Raġel u Claire minn Big Brother Malta qed tiċċelebra din il-ġurnata permezz ta’ messaġġ romantiku ddedikat lir-raġel tagħha.
Hi kitbitlu, “Din is-sena kien mimli tlajja u nżul imma bħal ma kienu dawn l-aħħar 17 -il sena, ħaġa waħda baqgħet l-istess, l-imħabba u l-protezzjoni tiegħek lejja u lejn il-familja tagħna. Mill-mument li ltqajt miegħek, int bqajt il-blata tiegħi, il-post fejn inħossni sigura, u l-imħabba ta ħajti. Inti mhux biss ir-raġel tiegħi imma wkoll il-ħabib tiegħi, tipproteġini, is-sewwieq tiegħi, int kollox għalija!! Konna hemm għal xulxin waqt mumenti diffiċli ħafna u b’xi mod, inħossni nħobbok iżjed issa minn qatt qabel.”
Żiedet tgħid, “Stephen, inħobbok b’qalbi kollha. Napprezza kull ma int, u jien vera grata li qed nimxi din il-ħajja ma’ raġel li juri d-dinja x’inhi mħabba ta’ vera, u devozzjoni. Grazzi qalbi, napprezzak iżjed milli nista’ ngħid jew nuri. Inti l-aqwa!”
Messaġġ verament emozzjonali!
View this post on Instagram
Instagram / @claires_curves