Ilbieraħ iċċelebrat għeluq sninha Norma Cristina. Lil Norma ħafna żgur li jiftakruha fuq it-televiżjoni f’partijiet differenti! Hi tiġi wkoll it-tifla tal-mibkija Vittorin Galea li kienet ferm u ferm maħbuba minn tant u tant udjenzi li kienu jsegwu x-xogħol teatrali tagħha.
F’dan il-jum speċjali għal Norma, it-tifla tagħha Angele ħallietilha messaġġ sabiex tawguralha f’dan il-jum mill-isbaħ. Angele kitbet, “Awguri f’għeluq sninha lil omm b’saħħtiha, b’talent u li tħobb. Inħobbok Ma.”
Aħna f’isem Gwida.mt, nixtiequ nieħdu l-opportunità li nawgurawlha f’għeluq sninha u nittamaw li jkollha sena mimlija b’dak kollu li tixtieq qalbha.