Temmen? Skont Dan L-Istudju, L-Mouth Wash Jista’ Joqtol Il-Coronavirus Fi 30 Sekonda

Il-mouthwash jista’ jsir parti vitali mir-rutina ta' kuljum wara li testijiet tal-laboratorju sabu li dan jista’ joqtol il-Coronavirus fi 30 sekonda.

Prova klinika issa se teżamina kemm hu effettiv il-mouthwash fit-tnaqqis tal-livelli tal-Covid-19 fil-bżieq ta’ pazjenti bil-Coronavirus fl-Isptar Universitarju ta’ Wales f’Cardiff. Ir-riżultati huma mistennija li jiġu ppubblikati fil-bidu tal-2021.

mouthwash
Ritratt: Getty Images



Dentyl hija l-unika ditta tal-ħasil tal-ħalq fir-Renju Unit li ħadet sehem fil-prova klinika ta’ 12-il ġimgħa, immexxija mill-Professur David Thomas mill-Università ta’ Cardiff.

"Għandna bżonn nifhmu jekk l-effett tal-mouthwash fuq il-virus tal-Covid-19 miksub fil-laboratorju jistax jiġi riprodott f'pazjenti, u nistennew bil-ħerqa li nlestu l-prova klinika tagħna kmieni fl-2021.”

Getty Images

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI