Il-ħidma tal-ħaddiema tat-tindif ħafna drabi tibda meta l-maġġoranza tan-nies tkun għadha rieqda. Dan ġie enfasizzat f'żewġ posts li qasam Gvern Lokali, fejn ta ġieħ lill-ħaddiema li kuljum jaħdmu biex iżommu t-toroq u l-lokalitajiet tagħna nodfa.
Fil-messaġġ tiegħu, Gvern Lokali qal, "Filwaqt li ħafna minna għadna reqdin, kien hemm min diġà beda l-ġurnata tiegħu biex iżomm it-toroq tagħna nodfa u sbieħ."
Huma rringrazzjaw lill-ħaddiema kollha tat-tindif, "li b'dedikazzjoni u impenn jaħdmu kmieni filgħodu għall-ġid tal-komunitajiet tagħna."
Intant, hekk kif beda l-istaġun tas-sajf u lokalitajiet popolari bħall-Marsaskala qed jilqgħu numru dejjem akbar ta' viżitaturi kuljum, Public Works saħaq li l-ħaddiema qed ikomplu jaħdmu bla waqfien biex iżommu dawn iż-żoni fl-aqwa kundizzjoni.
"Hekk kif beda s-sajf u żoni popolari bħal Marsaskala qed jilqgħu aktar nies ta' kuljum, il-ħaddiema tagħna qed ikomplu jaħdmu b'dedikazzjoni biex iżommu dawn l-inħawi nodfa għal kulħadd," intqal fil-post.
Public Works temm il-messaġġ tiegħu billi rringrazzja lill-ħaddiema kollha għall-isforz kontinwu tagħhom: "Grazzi lill-ħaddiema kollha għall-impenn u l-ħidma tagħhom ta' kuljum."
Ħidma li, għalkemm ħafna drabi tibqa' ma tidhirx, hija essenzjali biex il-lokalitajiet tagħna jibqgħu nodfa, siguri u pjaċevoli kemm għar-residenti kif ukoll għall-eluf ta' persuni li jżuruhom kuljum.