Il-preżentatur u personalità televiżiva Massimo Axisa iċċelebra għeluq it-30 sena tiegħu b'messaġġ qasir iżda sinifikanti fuq il-midja soċjali, fejn irringrazzja lil kulħadd tal-awguri u ta ħjiel li kapitlu ġdid f'ħajtu jinsab wasal biex jibda. Fuq Facebook, Massimo kiteb, "30 sena magħluqa! Grazzi lil kulħadd tal-awguri."
Huwa ddeskriva l-aħħar xhur bħala perjodu mimli sfidi u impenn, u qal, "Wara xhur turbulenti, intensivi, u mimlija daqs bajda, issa ftit rilassament qabel titlaq avventura kompletament ġdida!"
Għalkemm ma ta l-ebda dettalji dwar x'se tkun din l-"avventura kompletament ġdida", il-kliem tiegħu qajjem kurżità fost is-segwaċi tiegħu, li ma damux ma mtlew il-kummenti b'messaġġi ta' awguri kemm għal għeluq sninu kif ukoll għal dak li ġej.
Minn hawn nawguraw lil Massimo Axisa għeluq snin mill-isbaħ u kull suċċess fil-kapitlu l-ġdid li dalwaqt se jibda.
Facebook / Massimo Axisa