Wieħed Minn Dawn Il-Karattri Ta' Villa Sunset Żgur Int!

Dan is-sajf reġa beda Villa Sunset! Drama għall-familja kollha fuq dar jew hotel tal-anzjani li jiġri minn kollox! Ġo din id-dar insibu l-ħaddiema u r-residenti! Kollha b'karattru differenti u li jagħmel l-istorja ħelwa u nteressanti.  Ara jekk tqabbilx wieħed miegħek jew ma xi ħadd li taf.

Matron

Stretta u ma tantx tidħaq malajr. Kulħadd ssibha meta jkun hemm l-inwkiet!

Sammy

Bniedem li l-inkwiet dejjem jiġri warajħ. Jagħmel x’jagħmel inkwiet biss.

Elvira u Ġiġi

Elvira, tiċċekja dejjem li żewġha ma jmurx jagħmel xi ħaġa mingħajr l-approvazzjoni tagħha! Ġiġi dejjem jaqlaha avolja jagħmel minn kollox biex jogħġob lil martu. 

Gigi

Il-kurunell

Bniedem tal-affari tiegħu. Kullħadd jirrispettah u għandu balla flus u kuntatti ma kullimkien.

Il-Banġu

Kullħadd jitwerwer minnu x'ħin jarah. Alla ħares ikollu x'jaqsam miegħek!

Marju

Bniedem iffurtunat li minn ġardinar sar receptionist! Dejjem jara kif ha jakwista lira żejda.

Rita

Omm li ma tħalliex lil bintha tagħmel xejn avolja għandha tlettin! Qisha l-Gwida.mt tkun taf fuq kollox u fuq kulhadd. Bid-differenza li dejjem tgerger!

Rose

It-tifla ta' Rita. Tirrispetta lil ommha, kalma imma meta taqbżilha tkun qabżet! 

Sinjura stella

Pulita u dejjem liebsa qisha sejra tieġ. Issib soluzzjoni għal kull problema!

Iktbilna liema minn dawn huwa int jew ittagja lil xi ħadd li taf!

Villa Sunset / TVM

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI