Riċentament, student Taljan li qatt ma ġie Malta, beda petizzjoni onlajn biex il-lingwa Taljana tiġi rikonoxxuta bħala lingwa uffiċjali f’Malta. Bħalissa f’pajjiżna hawn 3 lingwi uffiċjali; l-Malti, l-Ingliż, u l-lingwa tas-sinjali bil-Malti. Din il-petizzjoni s’issa għandha aktar minn 8,000 firma.
Skont is-sit Times of Malta, Gabriele Bini huwa student Taljan ta’ 27 sena. Meta kkuntattjawh hu qal li ma stenniex rispons daqshekk qawwi għal din il-petizzjoni. Qal ukoll li dejjem kellu passjoni għall-istorja, minkejja li qatt ma żar il-gżira.
Bosta kienu li kkritikaw din il-petizzjoni fejn ħafna oħrajn irrimarkaw li jkun aħjar kieku flok nintroduċu r-raba lingwa, nibżgħu aktar għal-lingwa Maltija.
Facebook/Gabriele Bini