Il-paġna tal-Ministru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo, dalgħodu qasmu filmat interessanti mmens. Filmat dwar il-famuża kaxxa ħadra li naraw għand tal-ħaxix u l-frott, li fiha jinżammu l-prodotti lokali.
Il-paġna tikteb, “Kulħadd sema’ xi darba jew oħra bil-famuża kaxxa tal-Pitkalija. Imma tafu x’tissimbolizza? Segwi dan il-filmat biex tkun infurmat dwar ix-xogħol li qed jagħmel il-Ministeru biex nissalvagwardjaw il-prodott Għawdxi u Malti!”
Il-Ministru Refalo jenfasizza li dak li jkun hemm fil-kaxxa l-ħadra huwa prodott bnin Malti jew Għawdxi. Il-kaxxa ilha tintuża għal żmien twil iżda llum il-ġurnata saret simbolu tal-prodott agrikolu lokali li jkun inbigħ direttament mill-Pitkalija jew inkella mingħand il-bdiewa lokali.
Facebook / Joe Aquilina