Skont l-informazzjoni mill-Istitut għall-Metrika u l-Evalwazzjoni tas-Saħħa, is-sena li għaddiet f’pajjiżna kellna 369 imwiet li kienu relatati mal-obeżità. Dan ikkonfermah il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne wara li ġie mistoqsi mid-Deputat Ivan Bartolo.
Huwa qal li stimi fuq in-numru ta’ mwiet relatati mal-obeżità twettqu mill-Istitut għall-Metrika u l-Evalwazzjoni tas-Saħħa. Fearne qal li meta wieħed iħares lejn il-medja per kapità ta’ mwiet f’dan ir-rigward Malta għandha inqas imwiet meta mqabbla ma’ pajjiżi oħra.
Tajjeb li wieħed dejjem jieħu ħsieb saħħtu, jiekol bnin u jagħmel xi ftit eżerċizzju mill-aħjar li jista’ biex inkomplu niġġieldu din il-problema!