Mark Laurence Zammit kien mistieden fuq BundyTime. “Mela jien kont vera ħażin biex ngħabbi …ħafna imma issa ma għadx għandi għalfejn għax għarus għal grazzja t’Alla.” Jgħid bi tbissima Mark. “Mela kien hemm waħda kienet togħġobni u ma kontx naf kif ħa nimpressjona u fl-aħħar ipperswadejtha biex noħorġu. Din kont qed nara qisha ejja ħa mmoru kafé u mat-tieni date ħa tgħidli issa marida jew ħa jkolli nsiefer ta’ malajr. U biex nimpressjona malajr għedtilha għadni kif xtrajt kamera. Dil-kamera ma kontx xtrajtha jien kien xtrahha missieri għax dak iż-żmien kien qed jagħmel it-teżi l-universita u kien jispeċjalizza fuq il-feriti. Għat-teżi kien ikollu jieħu ritratti makabri ħafna, miftuħin. U jien mingħajr ma naf xejn qbadt din il-kamera.”
Kompli segwi mill-filmat hawn taħt.