Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħha, l-attriċi lokali Pauline Spiteri Bugeja qasmet kelmtejn profondi dwar it-tibdil fil-mentalità meta tikber fl-età.
Hi spjegat, “Meta tikber, meta tibda tixjieħ, tara xi tikmix u ġismek jinbidel, iżda moħħok jinbidel ukoll u għall-aħjar ikolli ngħid. Ma tibqax tiffitta’ fid-dar. Ma tibqax tieħu għalik. Ma tibqax tfittex ix-xagħra fl-għaġina. Ma tibqax titbaqbaq u tiġġieled. Ma tibqax tħossok imweġġa’ min xiħadd. Ma tibqax tagħmel storja min kollox. Titgħallem tgħid LE. Titgħallem tieħu gost b’kollox. Titgħallem toħroġ tieħu kafe’ waħdek. Titgħallem tapprezza l-irqaqat. Titgħallem tevita nies li jdejjquk. Titgħallem twarrab fejn ma jridukx. Titgħallem tara t-tazza mimlija. Titgħallem tara t-tajjeb ta’ kulħadd. Titgħallem tinjora difetti żgħar f’ħaddieħor, għax ħadd mhu perfett.”
Temmet kliemha billi kitbet, “Għax il-ħajja qasira, u kull sekonda hija bonus, kull nifs huwa barka, għax għada min rah? Barkiet ħbieb! Pawlina.”
Ħassejtu li l-mentalità tagħkom inbidlet b’dan il-mod hekk kif kbirtu fiż-żmien?
Facebook / Pauline Spiteri Bugeja