Storja Vera: "Kieku llum Mejta, Mhux Qiegħda Hawn" Judy Varda

Fuq Tough Luck, il-programm li jixxandar kull nhar ta' Tnejn wara l-aħbarijiet ta' 8 fuq TVM iltqajna ma' storja fuq vjolenza domestika. Judy Varda, waħda mill-parteċipanti tal-programm li għadda tkelmet mat-tim tal-produzzjoni fuq l-istorja tagħha.

Ta' 15'il sena Judy bdiet toħroġ mar-raġel li żżewġet. Ftit wara tinqabad tqila u żżewġitu minħabba ommha u missierha. Meta żżewġu, siefru u marru l-Greċja. Fl-intervista Julie tgħid li... "hemmhekk ħlief swat minn filgħodu sa filgħaxija ma kontx naqla'".

"Darba qlajt xebgħa ġebel fuq il-pexxun ta' saqqajja... darba qlajt daqqa ta' takkuna fuq għajnejja" - Judy.

Julie tistqarr li quddiem in-nies ir-raġel tagħha kien jidher bħala persuna normali. "Kulħadd kien jgħidli kemm għandek raġel ħelu" - Judy.

Wara ħafna Judy, tiddeċiedi tinżel lejn Malta u tmur għand il-ġenituri tagħha. "Meta ħabbat il-bieb fetaħli missieri, m'għarafniex! Għajjat lil ommi qalilha biex tgħati xi ħaġa tal-flus lil waħda fqira." qalet Judy.

Judy tgħid li hawn ħafna nisa u rġiel li huma msawta u li hemm bżonn jitkellmu. "Qumu fuq saqajkom! Qumu w ġġieldu. Irrapurtawhom! Għidu lill-familja tagħkom tgħinkom!" - Judy

Fl-aħħar tal-intervista Judy stqarret li kieku ma tkelimitx u marret għand il-puluzija "Kieku llum mejta, mhux qiegħda hawn" .

Tough Luck / Facebook 

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI