Illum jagħlaq sninu l-artist lokali Kersten Graham, li aktar kmieni din is-sena seraq bosta qlub bil-kanzunetta tiegħu waqt Mużika Mużika, Int Kollox Għalija.
Fost dawk li awgurawlu f’dan il-jum speċjali kienet ommu Jackie. Kitbitlu dwar kemm hi ġurnata sabiħa li ma tinsa qatt meta kellha lilu bħala binha, u titkellem dwar id-determinazzjoni tiegħu li dehret fih minn dejjem.
“Kienet l-isbaħ ġurnata ta’ ħajti… ftakar dejjem, ibni l-għażiż – int tassew uniku.”
Issemmi kemm hu persuna li dejjem jaf xi jrid, u għalkemm ma kienx wera interess jistudja l-lezzjonijiet tal-kitarra ta’ 6 snin, xi snin wara waħdu wera l-passjoni u l-imħabba tiegħu lejn il-mużika. Beda jaħdem u jirsisti u baqa’ għaddej.
“Kersten int eżempju ċar ta’ x’inhi persistenza,” tikteb Jackie. Tgħidlu li ser tibqa’ warajh għal dejjem f’kull pass li jwettaq.
Awguri mill-qalb għażiż Kersten! Nixtiqulek ħafna aktar suċċessi!
Facebook/ Kersten Graham