Ira Losco Tispiċċa Fi Gwarniġġ B'Xemgħa Quddiemha – Ma' Min Kienu Tfixkluha U Tort Ta' Min?

Ira Losco lbieraħ fuq instagram qasmet storja li nisslitilna tbissima u jidher li kien tort tagħna tal-Gwida. Ħafna snin ilu, qabel Ira marret għall-Eurovision Song Contest l-ewwel darba, kienet għamlet il-parti ta’ Santa Rita ta’ Cascia. Dan kien musical miktub mill-bravu Ray Mahoney fuq kompożizzjoni ta’ Mro Dominic Galea.





L-istorja tmur lura għas-sena 2000, bħala parti mill-promozzjoni ta’ dan il-musical, ir-rivista tagħna kienet ħarġet ritratt f’nofs il-Gwida ta’ Ira Losco libsa ta’ Santa Rita. Jidher li xi anzjani ħasbu li l-Gwida dakinhar ħarġet ritratt ta’ din il-qaddisa u b’hekk ħadu dan ir-ritratt u tefgħuh fi gwarniġġ b’xemgħa quddiemu.

Ħabib ta’ Ira Losco u membru tal-band Tiara, mar iżur xi qarib tiegħu f’dar tal-anzjani u jara lil Ira Losco bix-xemgħa quddiemha. Nistgħu nimmaġinaw li kien ħa jmut bid-daħk meta nduna x’ġara eżatt. Jidher li Ira kienet daħlet tassew fil-parti li permezz ta’ ritratt irnexxielha tikkonvinċi lil dawn l-anzjani li hi Santa Rita.



Aħna fittixna daqsxejn u sibna xi siltiet minn dan il-musical. Insomma, qabel ma’ Ira Losco saret popolari u kellha mijiet u eluf ta’ segwaċi, li żgur mhux forsi waħħlu l-posters tagħha fuq il-ħitan, kienet spiċċat b’ammiraturi differenti.

Facebook / Ira Losco

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI