Is-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Laburista, John Grech, awgura lill-maħbuba tiegħu Vanessa Gatt f’għeluq sninha, permezz ta’ messaġġ ta’ mħabba ddedikat għaliha fuq il-paġna uffiċjali tiegħu ta’ Facebook.
Hu kitbilha mill-qalb, “Awguri sabiħa tiegħi, Vanessa.”
Żied jgħid, “Grazzi tal-paċenzja u l-imħabba tiegħek. Inħobbok.”
Ippubblika wkoll ritratt gustuż tagħhom mgħannqin flimkien bi tbissima ħelwa fuq fommhom, li turi biċ-ċar l-imħabba ġenwina ta’ bejniethom. Bosta fil-kummenti wkoll awgurawlha ġurnata mill-isbaħ.
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawguraw mill-qalb lill-għażiża Vanessa Gatt f’din il-ġurnata speċjali. Nisperaw li tirċievi dak kollu li tixtieq qalbha u nawgurawlha għal iktar snin ta’ hena, ferħ, u mħabba.
Facebook / John Grech