Il-Membru Parlamentari Stanley Zammit ifakkar b’qalbu kollha l-memorja tal-għażiża ommu li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem. Hu jikteb, “Illum huwa d-29 anniversarju minn meta din il-mara, li tant ħabbejtha u għexet għall-familja tagħha, ħalliet dan il-wied tad-dmugħ u marret fil-post li jistħoqqilha, is-sema pajjiżna.”
“Ma, kuljum tibqa’ tgħallimni, għax kuljum nisimgħek tgħidli bil-ħlewwa tiegħek: ‘Stan, taf kemm taf, dejjem hemm iżjed x’titgħallem.’ Kliemek għadu jgħammar fija u jmexxini fil-ħajja tiegħi ta’ kuljum. Inħobbok! Berikna! Sellilna minn hemm fejn int.”
F’dan il-jum, f’isem it-tim kollu ta’ Gwida, ningħaqdu ma’ Dr Zammit biex niftakru b’ġieħ u b’rispett f’din il-mara li ċertament ħalliet marka f’dawk kollha li ħabbewha. Żgur li llum il-memorji sbieħ li għandu magħha jerġgħu jiġu ħajjin f’qalbu, ġmiel ta’ tifkiriet li jibqgħu jitfakkru. Insellmulha u nitolbu biex tkompli tħares lejkom minn fejn tinsab, b’dik l-imħabba bla qies li biss omm taf tagħti.
Facebook / Stanley Zammit