Possibbilment ħa titniżżel bħala l-iżgħar mużiċista li qatt ħarġet il-mużika tagħha. Mużika rrekordjata meta din it-tarbija kienet f’ġuf ommha. Tifla Amerikana, bl-isem ta’ Luca Yupanqui, qed tħejji biex toħroġ l-album debuttanti tagħha, l-ewwel LP tad-dinja magħmul minn ħsejjes ġewwa l-ġuf.
Il-ġenituri tagħha huma Elizabeth Hart, membru tal-grupp psych-rock Psychic Ills, u l-mużiċist Iván Diaz Mathé, li ħadem ma’ Lee “Scratch” Perry u oħrajn. F’sessjonijiet ta’ “meditazzjoni konġunta” ta’ ħames sigħat, huma rrekordjaw lit-tifla permezz tat-teknoloġija u traskrivew il-vibrazzjonijiet li qabdu.
Ir-reġistrazzjonijiet imbagħad ġew editjati, b’Hart u Diaz Mathé “jippruvaw jintervjenu mill-inqas possibbli, u jippermettu li l-messaġġ ta’ Luca jeżisti fil-forma prima tiegħu”, skont stqarrija. L-album, Sounds of the Unborn, se joħroġ fit-2 ta’ April.
Facebook / Pigeons and Planes