Ilbieraħ, il-paġna tal-Malta Pride għaddiet ħajr lil Eileen Montesin. Ħajr speċjali għall-ħidma tagħha biex tagħti spazju fid-drama tagħha lil sitwazzjonijiet li forsi għal żmien twil kienu tabù.
Huma qasmu filmat mid-drama Undercover li gawdiet minn suċċess enormi u qalu, “Waħda mill-ħafna raġunijiet għaliex Eileen Montesin hija reġina, ikona LGBTIQ u alleata hija għaliex kienet waħda mill-ewwel produtturi, atturi u diretturi lokali tat-televiżjoni li inkludiet storja ta’ queer f’wieħed mill-programmi tat-TV tagħha Undercover fl-1999 u dam sal-bidu tas-snin 2000.”
Huma jkomplu jgħidu, “Ir-rappreżentanza tal-Queer kienet viċin ix-ejn matul dawk iż-żminijiet f’Malta. Dan il-filmat juri lil Andre, raġel omosesswali li għadu ma kienx kompletament out of the closet. Ommu hija mħassba b’dak li ser jagħmel imma Becky (Montesin) tinkoraġġih biex jieħu r-riskju xorta waħda.”
Dan kien wieħed mill-mumenti importanti fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni Maltija għall-komunità.Segwu l-filmat HAWN.
Facebook / Eileen Montesin