Rekord Nazzjonali Ġdid – L-Itwal Zalzett Tal-Malti Li Jkejjel 77 Metru U 45 Ċentimetru

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Malta Records qasmu mas-segwaċi tagħhom kelmtejn rigward rekord nazzjonali ġdid li ġie ippreżentat riċentament.

Huma qalu, “Ilbieraħ ġewwa l-Biċċerija Pubblika fil-Marsa, waqt festa li ġiet organizzata mill-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-annimali, ġie ppreżentat rekord nazzjonali ġdid fil-gżejjer Maltin. L-itwal zalzett tal-Malti jkejjel 77 metru u 45 ċentimetru.”

Żiedu, “Dan ir-rekord ġie mwaqqaf minn Nigret Butcher, ir-Rabat.  Ta’ min jinnota li dan iz-zalzett ġie msajjar eżatt wara l-għoti taċ-ċertifikat u mqassam f’biċċiet lill-pubbliku preżenti li apprezza dan il-ġest ħelu. Nirringrazzjaw lill-propjetarji ta’ dan il-ħanut tal-laħam li wrew fiduċja fina. Ħajr ukoll lil Valentina Rossi li kienet il-pont bejnna u Nigret Butcher sabiex dan ir-rekord kien suċċess.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI