Is-Sit Infratructure Malta qed tirrapporta li ser iseħħ tibdil fi Triq Il-Barrani fit-30 ta’ Jannar 2021, is-Sibt. Dan għaliex ser tibda l-ewwel fażi fejn se jibda xogħol fuq il-junctions ta din it-triq sabiex ‘il quddiem jitneħħew id-dwal tat-traffiku u minflok jinfetħu korsiji diretti kif ukoll konnessjonijiet aktar siguri. Dan qed isir sabiex jitnaqqas il-ħin fl-ivjaġġar u tnaqqas ir-riskji ta’ aċċidenti tat-traffiku. Ser jitneħħew xi dwal tat-traffiku minn għada filgħodu stess.
Id-dwal tat-traffiku ta’ Ħal Tarxien (Triq il-Palma): Il-kisra minn Triq tal-Barrani ‘l fuq lejn it-Triq Palma (direzzjoni lejn Ħal Tarxen) ser tingħalaq. Ir-rotta ġdida mir-roundabout ta’ Santa Luċija.
Id-dwal tat-traffiku tal-Gudja / Ħal Għaxaq (Triq Ħal Tarxien): Il-kisra minn Triq Ħal Tarxien lejn Triq tal-Barrani ‘l isfel (direzzjoni lejn Bulebel / Żejtun) ser tingħalaq. Rotta ġdida mir-roundabout ta’ Santa Luċija.
Id-dwal tat-traffiku tal-Gudja/Ħal Għaxaq (Triq Ħal Tarxien): Il-kisra minn Triq Tal-Barrani ‘l isfel lejn Triq Ħal Tarxien (direzzjoni Ħal Għaxaq / Gudja) ser tingħalaq. Rotta temporanja mir-roundabout ta’ Triq San Anard (Bulebel) sakemm jinbnew korsiji ġodda fi Triq Tal-Barra fiż-żmien li ġej
Id-dwal tat-traffiku ta’ Bulebel (Triq San Anard): Il-kisra minn Triq Tal-Barrani ‘l fuq lejn Triq San Anard (direzzjoni lejn Bulebel) ser tingħalaq. Rotta ġdida mir-roundabout ta’ Santa Luċija.
Importanti li wieħed isegwi t-tabelli u l-marki bid-direzzjonijiet ġodda temporanji li ser ikunu f’din it-triq minn għada.
Grazzi tal-kooperazzjoni.
Facebook / Infrastructure Malta