Fuq il-programm ta' Tnejn filgħaxija, 'Tough Luck' li jixxandar fuq TVM, iltqajna ma' Rita Micallef. Rita għandha 51 sena u tgħix Bormla. L-istorja ta' din il-mara xejn ma kienet faċli.
Ritratt meħud mill-intervista li saret fuq Tough Luck
Ta' 22 sena kellha t-tieni tarbija tagħha, Analise. Rita tirrakonta kif din it-tarbija malli ħaduha d-dar ma waqfitx tibki.
"Kif twieled u ħadtha d-dar, din it-tifla bdiet tibki. Bdiet tiċċaqlaq ħafna li darba waqatli minn fuq il-high chair" - Rita

Ritratt meħud mill-intervista li saret fuq Tough Luck
Rita tinnotta li Analise damet ma għamlet pass u damet ma tkellmet. Ta' omm li hi, Rita kienet tħoss li kien hemm xi ħaġa ħażina. Minkejja li ħaditha għand ħafna tobba, lil Rita kienu jgħidulha li t-tifla fuq ruħha u nervuża. Sakemm darba, Anneliese sabulha li kellha ħafna ilma f'rasha.
"Meta qaluli li kellha l-ilma f'moħħha mort mill-ewwel, li lil din it-tifla ser nitilifha" - Rita
It-tifla ta' Rita kellha tagħmel madwar 9 operazzjonijiet! Ta' 16-il sena lil Anneliese, t-tobba kienu qalulha li "ma tantx għandha ħajja twila ħafna". Minkejja dan kollu s'issa Anneliese hija qawwija u kollox sew.

Ritratt meħud mill-intervista li saret fuq Tough Luck
Iżda jekk taħseb li għal din l-omm l-istorja se tispiċċa hawn mela għandek żball! Waqt li Rita kienet għaddejja minn din il-burraxka, Rita kellha diffikultà fil-post li kienet toqgħod. "Kont se nispiċċa barra, sa 3 ijiem qabel kien se jispiċċali l-kuntratt kont għadni bla post." tgħid Rita waqt l-intervista.
Rita tirċievi telefonata mingħand persuna li tgħidilha li b'xorti tajba sabulha post! Rita tgħid li malli fetħet il-bieb ta' dan il-post... "Ma ridtx nemmen, kienet grazzja minngħand il-bambin." Lil Rita jgħidulha li s-sinjura li kienet residenti ġo dik id-dar, iddeċidiet li tgħix ġo dar tal-anzjani u kienet ħalliet il-post mimli u pupilla.
"Minn dakinhar li tawni l-post lil din l-anzjana ma waqaftx niltaqgħa magħha." - Rita
Rita tistqarr li kull ġimgħa tagħmel mezz biex tmur tara lil Giovanna (l-mara li kienet tgħix qabel ġod-dar). Tough Luck laqqgħana wkoll ma' Giovanna li fuq Rita qalet... "Meta kont naf minn xiex għaddiet iddispjaċini ħafna, imma jien ħadt pjaċi li ħadtitu hi l-post għax kien ħaqqha."

Ritratt meħud mill-intervista li saret fuq Tough Luck
Lil Rita nawgurawlha aktar risq fil-ħajja tagħha!
Tough Luck / Facebook