Din Il-Koppja Misterjuża Titlef Xi Ħaġa Prezzjuża

Ħarsu ftit lejn dan il-pendent. Qed tagħraf lil xi ħadd minnhom? Milli jidher Joe u Ġuża huma maħbubin u irrekordjaw l-imħabba tagħhom fuq pendent li bħalissa jinsab mitluf!

Ritratt Silvio Camilleri 

Il-pendent forma ta’ qalb nstab din il-ġimgħa ħdejn l-ajruport internazzjonali ta’ Malta. Bl-aktar mod romantiku dan il-pendent jgħid hekk:

“Imħabba lejk Ġuża sal-aħħar nifs” Joe. Mela jekk nifhmu sew dan il-pendent ta’ Ġuża! Ġuża hawn ħafna Malta imma talinqas fil-pendent hemm ir-ritratt ta’ din il-koppja ħelwa u misterjuża.

Ritratt Silvio Camilleri 

Pendent bħal dan huwa żgur  xi ħaġa sentimentali għal din il-koppja tant ħelwa illi s’issa ma nafux min hi! Jekk tafhom jew taf lil xi ħadd mill-inħawi tal-Gudja ibgħatlu dan l-artiklu! Imma jekk taħseb li taf min huma mela ibgħatilna messaġġ u aħna nkellmu lil min sab dan il-pendent!

Tgħid Ġuża u Joe jinstabu?

Silvio Camilleri / Facebook

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI