Fuq il-paġna uffiċjali tiegħu, Ivan Gaffiero ppubblika ritratt gustuż tiegħu mal-kontestanti tal-ġimgħa l-oħra ta’ Come Dine With Me Malta. Hu kiteb dwar kemm kienet esperjenza speċjali li ġie mistieden id-dar ta’ Censina.
Kiteb, “Ritratt għal qalbi ħafna, meta din il-ġimgħa kont mistieden id-dar tas-sabiħa Censina Cachia. Xi ġmiel ta’ persuna b’ħafna pożittività. Xi ġmiel ta’ nies sibt ukoll fid-dar jistennewni fosthom it-tim kollu.”
Hu kompla billi rringrazzja lil kull min bis-saħħa tiegħu seta’ jseħħ dan il-programm u rringrazzjahom ta’ kemm kien programm ta’ suċċess.
Tassew iggustajnihom fil-kompetizzjoni tal-immudellar waqt Come Dine With Me Malta. Kienet idea differenti minn tas-soltu u verament brillanti!
Facebook / Gaffiero Ivan