Terry Muscat tefgħet filmat fuq il-profil tagħha fejn irringrazzjat lil Ben dwar il-messaġġ li għadda rigward Love Island Malta. Hi tikkonferma li dak li qalet ilbieraħ kienet ċajta, iżda b’onestà qasmet xewqa li għandha.
“Ħa nkun onesta imma, jien ma niddejjaqx nidħol f’dawn l-affarijiet. Għandi xewqa kbira, anke ġurnata waħda biss biex inferraħ lin-nies t’hemm ġew. Jien jekk Ben jagħżilni għal ġurnata biss, aħseb u ara s-sensiela kollha.”
“Jien kieku kelli nidħol u nirbaħ, dawk l-20,000 nagħtihom lil min hu fil-bżonn… Nixtieq taqtagħli xewqti mmur ġurnata biss,” tkompli Terry.
Tgħid ser jaqtgħulha xewqitha?
TVMi+/ Love Island Malta