Qtugħ Tad-Dawl F'Dawn L-10 Lokalitajiet Madwar Malta – Għada Tkompli L-Manutenzjoni

Skont is-sezzjoni tal-ippjanar tal-Enemalta li jieħdu ħsieb il-qtugħ tad-dawl fuq is-sit tagħhom, partijiet minn dawn id-disa’ lokalitajiet se jkunu qed jesperjenzaw qtugħ tad-dawl skedat għal għada, 13 ta’ Jannar.

Il-ħinijiet ivarjaw, bix-xogħlijiet kollha jibdew filgħodu u jdumu ftit sigħat jew jiġġebbdu għal wara nofsinhar. Dawn huma l-għaxar lokalitajiet:

  • Marsaskala bejn is-07:00 sas-14:00
  • Iż-Żurrieq bejn it-08:00 sas-14:00
  • Ħaż-Żabbar bejn it-08:00 sas-14:30
  • Iż-Żejtun bejn it-08:00 sal-12:00
  • San Pawl Il-Baħar bejn it-08:00 sas-14:00
  • Ir-Rabat bejn it-08:00 sas-14:00
  • Il-Munxar bejn it-08:30 sas-14:30
  • Il-Mosta bejn is-13:00 sas-19:30
  • Il-Belt Valletta bejn l-04:30 sat-08:30
  • Ħal Qormi bejn it-08:00 sas-15:00

L-Enemalta għandha wkoll servizz ta’ twissija b’SMS li jibgħatlek messaġġ b’informazzjoni dwar qtugħ tad-dawl fil-viċinanzi lil kull min ikun membru. Tista’ tirreġistra HAWN. Ikklikkja f’dan il-link HAWN biex tiċċekkja liema toroq speċifiċi se jiġu affettwati.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI