Maria Muscat magħrufa aħjar bħala La Barokka tgħaddi messaġġ importanti, "Nixtieq nieqaf u ngħid talba għal min qed imut... mhux biss dawk bil-Covid, imma anki b'affarijiet oħra. Ngħid talba għal ruħhom u għall-qraba tagħhom f'mumenti tant diffiċli. Mumenti fejn irridu niftakru kemm il-ħajja hija qasira u li rridu nieħdu ħsieb xulxin... nirrispettaw lil xulxin iktar, u ngħinu fejn nistgħu."
F'dan il-messaġġ Maria żżid ukoll, "Kuraġġ lilek jekk qiegħed fi sptar jew id-dar ma tiflaħx... kuraġġ... il-moħħ jilgħab parti importanti fis-saħħa... kuraġġ, irrepeti kliem f'moħħok u f'qalbek dan il-kliem ta' kuraġġ... u għid li se tgħaddi din il-maltempata. Kuraġġ... kelma sempliċi imma bżonn li tiftakarha 'l ħin kollu."
Kliem mill-isbaħ. Kliem ta' faraġ li żgur ħafna ħa japprezzawh u jsibuh utli f'mumenti tant diffiċli.
Facebook / Maria La Barokka Muscat