Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg qasam ritratt prezzjuż immens fuq il-midja soċjali. Mument li hu u martu Rachelle ma jistgħu jinsew qatt, il-mument meta qalu iva lil xulxin.
Illum Ian ifakkar dan il-jum meta bdew il-ħajja miżżewġa flimkien. Jesprimi kemm iħobb lil martu u kemm hu grat lejn l-appoġġ li tant turi lejh.
“Illum tmien snin miżżewġin. Grazzi ta’ kollox Rachelle, inħobbok,” jikteb Ian. Awguri minn qalbna lil Ian u Rachelle u nixtiqulhom ħafna affarijiet sbieħ f’dan il-vjaġġ ta’ mħabba li qed jaqsmu flimkien.