Waħda mill-aktar kanzunetti ikoniċi Maltin, Sa L-Aħħar, għadha b’saħħitha sew hekk kif wara 26 sena xorta għadha tagħmel suċċessi kbar. Il-kantant Fabrizio Faniella tkellem dwar dan f’post fuq il-Facebook tiegħu.
“Jien tassew norat li wara 26 sena, ‘Sa L-Aħħar’ għadha fil-quċċata taċ-charts tal-PRS Malta,” hu kiteb. “Grazzi kbira tmur lid-DJs li jkomplu jdoqqu din id-diska u lil kulħadd li jitlob l tindaqq.”
“L-imħabba u s-sapport tagħkom ifissru ġafna għalija. Grazzi kbira lil kull wieħed u waħda minnkom.”
Facebook/Fabrizio Faniello