Bil-Filmat: "Trid Tkun Bla Demm…" – L-Avukat Gawdenz Bilocca Jgħaddi Appell Lill-Pubbliku

Bħal daż-żmien sentejn ilu kien ħareġ riklam li fih jieħu sehem l-Avukat Gawdenz Bilocca kif ukoll il-mudella, attriċi u kantanta Michela Galea, fejn jaħdmu xena ħelwa bil-għan li jqajjmu kuxjenza għall-għoti tad-demm. L-Avukat Gawdenz jgħid, “Trid tkun bla demm biex ma tagħtix demm.” Hija ħaġa prezzjuża li kull min hu f’saħħtu u huwa possibbli għalih, jagħti mid-demm tiegħu biex isalva l-ħajjiet ta’ oħrajn.

Fil-fatt filmat bħal dan ifakkarna fl-importanza li nkunu ġenerużi, aħna min aħna, u qegħdin fejn qegħdin. Il-paġna National Blood Transfusion Service – Malta kontinwament tgħaddi appelli u avviżi dwar l-għoti tad-demm fejn anke tagħti dettalji ta’ fejn wieħed jista’ jmur biex jagħti.





Dan huwa l-aktar avviż riċenti li xerrdu fuq il-paġna, fejn anke taw dettalji dwar f’liema postijiet wieħed jista’ jmur jagħti d-demm.



Michela Galea ftit tal-jiem ilu wkoll għamlet dan il-ġest nobbli fejn tefgħet li tat id-demm għal min hu fil-bżonn. Hi xi ħaġa sabiħa li b’għemilna nipprovaw nagħmlu kuraġġ u nħeġġu lil ħaddieħor biex ma jibżax u jagħti wkoll milli jista’. 

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI