Il-President George Vella Jattendi Quddiesa Fl-Okkażjoni Ta’ Jum l-Indipendenza

Illum, fil-festa pubblika ta’ Jum l-Indipendenza, l-President George Abela attenda quddiesa pontifikali. Il-quddiesa ġiet imqaddsa minn l-Arċisqof Charles Scicluna.

“Waqt l-omelija, l-Arċisqof Charles Scicluna tkellem fost l-oħrajn dwar ir-regħba u t-tkerrih tal-pajsaġġ Malti.” kiteb il-President fuq il-paġna uffiċjali tiegħu tal-Facebook.

Wara l-quddiesa, l-President flimkien mal-Prim Ministru Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, poġġew bukketti tal-fjuri fuq il-mafkar tal-Indipendenza ġewwa l-Furjana.

“Nawgura l-kumplament tal-festa t-tajba lil kulħadd,” huwa kiteb.





Facebook/George Vella



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI