Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Magic Malta 91.7 żvelaw li ser ikun qed jingħaqad magħhom preżentatur ġdid, iżda l-identita tiegħu ser tiġi żvelata għada.
Huma qalu, “Preżentatur ġdid! Tistgħu taqtgħu min ser jingħaqad ma’ Magic? Dan m’għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni, imma ser niżvelaw min hu għada fit-tmienja ta’ filgħodu! Għidulna min taħsbu li ser ikun fil-kummenti!”
Il-maġġoranza tal-kummenti qed jgħidu li l-preżentatur il-ġdid ma huwa ħadd ħlief Pierre Cordina, li jekk huwa hu, verament li m’għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni.
Min taħsbu li hu?
Facebook/Magic Malta 91.7