Dawk familjari ma’ instagram, jafu s-saħħa li għandu u waħda mill-akbar kommunitajiet li l-profil tagħhom iġib l-isem ta’ American Style li għandu aktar minn tmien miljun persuna li ssegwi dan il-profil. Huwa profil li jixħet ritratti u filmati bl-aħħar xejriet tal-moda.
Ilbieraħ il-paġna tellgħat filmat ta’ Sarah Zerafa, filmat li ġibed l-attenzjoni ta’ mijiet ta’ eluf ta’ segwaċi ta’ dan il-blog. Sabiħ li tara Maltija tikseb suċċess bħal dan fuq skala internazzjonali f’din l-industrija. Dan hu t-tieni filmat, fi spazju ta’ ftit jiem li qasu ta’ l-influencer Maltija, wara li użaw il-filmat tagħha ta’ kif għandek tieħu r-ritratti biex tidher itwal li konna ġibna fuq dan is-sit ukoll.
View this post on Instagram
X’taħseb mill-istili li qed tippreżenta Sarah Zerafa f’dan il-filmat? Tarak b’xi stil minnhom. Aħna daqsxejn kurjużi u naħseb ikun faqa kieku naraw jekk krejajtux xi stil jew ieħor simili bħal dak li wasslet Sarah. Stil Sajfi, li żgur hu addatat għal dan iż-żmien tas-sena fejn is-sħana qed tagħmel f’tagħha sew.
Ngħiduha kif inhi, mhux kemm tintefa’ quddiem kamera u tilbes erbaż tibdiliet differenti. Filmat bħal dan jirrekjedi ħafna u ħafna aktar xogħol u ħsieb minn hekk. Li hu ċert hu li s-suċċess tal-Maltija qed ikompli jikber aktar ma jgħaddi ż-żmien! Huwa każ li l-ħolm verament issir realtà. Sarah irringrazzjat lil dawk kollha li raw il-filmat! Naħseb ma jdumx ma jilħaq il-miljun u ngħiduha kif inhi ma tantx hemm filmati b’dak l-ammont! Prosit Sarah!