Mhux l-ewwel darba li naraw xi ħaġa li qatt ma rajna fit-toroq Maltin, din tiżdied magħhom. Trakk iġorr karozza fil-kaxxa tiegħu! Il-problema hi waħda u waħda ċara! Din l-imbierka kaxxa tat-trakk mhux kbira bżżejjed sabiex fiha toqgħod il-karozza!
Normalment meta wieħed irrid jirmonka l-karozza meta jkollha xi ħsara juża trakk tat-towing, u jekk il-karozza ma tkunx għadha taħdem u jiddeċiedi li jiskrappjaha jagħmel l-istess ħaġa wkoll! Dan ħasibha mod ieħor, forsi biex jiffranka xi ħaħa hux!
Ritratt: Facebook / Kimberly Urry - RUBS Are You Being Served
Il-problema kienet li din il-karozza bdiet tiċċaqlaq minn naħa għall-oħra, ħa taqa' u ma taqax għax la ma dejjaq lil ħadd kieku ma ġara xejn! Imma dawk li raw lil dan it-trakk għaddej bdew jibżgħu li seta' jseħħ xi inċident! Mhux sew iweġġa' ħaddieħor intortament hux! X'taħseb int fuq din il-kwistjoni?
Mawra mat-toroq Maltin, donnu dejjem tispiċċa b'xi avventura ġdida! Dak ħalli jekk tkun imweħħel x'imkien fit-traffiku, bla ma trid ikollok x'tara u l-ħin jgħaddi aktar malajr!