“Mhux soltu li nikteb xi ħaġa hekk imma llum ikkuntatjatni persuna nafha u qasmitli qalbi. Din il-persuna għandha żewġt itfal u tarbija ta’ ftit xhur… stqarret miegħi li qiegħda f’sitwazzjoni ħażina fejn la għandha ħalib għal baby (Aptamil 2) u lanqas hrieqi (Size 2).Ikel vera ftit għandhom,” hekk bdiet waħda mara Lella (Mariella) Galea fuq Facebook.
“Qaltli li għanda tifel bi bżonnijiet speċjali u li għandu bżonn xi pirmli fix-xahar (22e) (dawn ħa nieħu ħsiebhom jien). Dil-persuna tilfet ix-xogħol u qiegħda daharha mal-ħajt. Jien ħa ngħinha u nitlob lil min jista’ biex forsi tgħinuha wkoll. Ikel, nappies u ħalib huma prijorità. Min jista’ u jixtieq jghin ikellimni… Please share!!! Grazzi bil-quddiem.”
Tista’ tgħin lil din il-mara? Jekk tixtieq, ibgħat messaġġ lil Lella Galea billi tagħfas HAWNHEKK.