“Waqt Il-Laqgħa Saret Diskussjoni Dwar It-Tisħiħ Tar-Relazzjonijiet Bejn Il-Knisja Kattolika U Dik Ortodossa” – Diocese Of Gozo

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Diocese of Gozo qasmu mas-segwaċi tagħhom kelmtejn dwar laqgħa li seħħet riċentament.

Bdew billi qalu, “Nhar is-Sibt 21 ta’ Ġunju, l-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma, flimkien ma’ Mons. Noel Saliba, id-Delegat djoċesan għall-Gruppi Etniċi f’Għawdex, laqgħu fis-Seminarju ta’ Għawdex lill-Qdusija Tiegħu l-Isqof Ortodoss Andrej, lil Fr Risto Gorancic, il-Kappillan tal-Ortodossi Serbi f’Malta, u delegazzjoni ta’ professuri u studenti mill-Istitut Ortodoss Teoloġiku u Edukattiv ta’ Munich, fil-Ġermanja. Dan il-grupp kien jinkludi studenti mir-Russja, l-Ukrajna, l-Awstrija, l-Iżvizzera, il-Ġermanja, ir-Rumanija u s-Serbja li jattendu f’dan l-Istitut.”

Żiedu, “Waqt il-laqgħa saret diskussjoni dwar it-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn il-Knisja Kattolika u dik Ortodossa, dwar aspetti teoloġiċi taż-żewġ Knejjes Insara, u fl-aħħar ingħata tagħrif dwar postijiet storiċi ewlenin f’Għawdex.”

Qalu wkoll, “Fl-aħħar, l-Isqof ta’ Għawdex offra żewġ kotba dwar il-Katidral ta’ Għawdex u ieħor dwar Għawdex lill-Isqof Andrej b’tifkira ta’ din iż-żjara. Dan il-Grupp, li żar Malta u Għawdex għall-ewwel darba, qatta’ ġimgħa fil-gżejjer tagħna, u fost l-oħrajn żar Għawdex għal ġurnata.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI