Nafu Kif Tqatta’ Ħinek Meta Tkun Maqbud Fit-Traffiku!

L-ewwel titlaq mid-dar kollok tama, forsi din id-darba ma tafx kif, mhux se ssib ruħek fis-serbut ta’ karozzi f’nofs Raħal Ġdid. Imbagħad bil-mod il-mod it-tbissima tibda tgħib minn fuq wiċċek, hekk kif bil-mod il-mod il-karozzi tarahom jiżdiedu waħda waħda... u f’daqqa waħda erġajt sibt ruħek bil-magna tagħti fil-vojt, u n-nervi telgħin ma’ San Filep!

1) Ħeqq, waqaft. Orrajt – x’tista’ tagħmel? Forsi ftit mużika ħa sserrħek ftit...

2) ...Sakemm tirrealizza li billi tqalleb minn Magic sa Bay mitt darba infila m’int se ssolvi xejn.

3) Hawnhekk timtela rassenjazzjoni – u probabbli dan il-ħin ukoll ikun beda t-tpaqpiq bla heda tal-vetturi minn kull naħa.

4) Issa ngħiduha kif inhi... mhux l-ewwel darba li kont f’għaġla u qabżitlet, u spiċċajt tpaqpaq int ukoll mal-kor.

5) U jekk wasalt f’dan l-istat, abbli diġà qed tgħaddi xi kelma baxxa jew tnejn f’moħħok jew minn taħt l-ilsien!

6) F’dan il-punt forsi tibda tosserva lil ta’ quddiemek, int u tintebaħ bl-isticker fuq il-bagoll li jgħid “Princess Shalizelayah is on board”

7) Int u tikkontempla min il-anġli tista’ tkun din l-imbierka Princess Shalizelayah, raġġ ta’ dawl jerġa’ jiddi fuqek, hekk kif il-linja sħiħa ta’ karozzi reġgħet bdiet tiċċaqlaq!

8) Hawnhekk tħossok qisek tiela’ s-sema bil-ferħ li jaqbdek, u aktarx jibda jiddispjaċik li għaddejt dawk il-kummenti vulgari m’ilux...

9) ...Però bil-mod terġa’ tirrealizza li din kienet kollha ferħa bla temma, hekk kif il-karozzi jieqfu mill-ġdid u terġa’ tispiċċa maqbud kif kont.

10) U ovvjament, terġa’ tirrepeti l-istess rit mill-bidu, sakemm fl-aħħar forsi jirnexxilek tasal fjen tixtieq!

Shutterstock

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI