Illejla se tkun qed tiġi mtella' l-24 edizzjoni ta' Miss World Malta biex it-tfajla li tkun inkurunata bħala r-rebbieħa, tirrapreżenta lil pajjiżna f'Miss World ġewwa t-Tajlandja.
Is-serata se ssir fi Pjazza Teatru Rjal u se tkun bi preżentazzjoni ta' Keith Demicoli u Sarah Agius.
Fost l-ispettaklu li se jkun hemm tul is-serata, mistenni li jagħti l-prestazzjoni mużikali tiegħu Kurt Callejja kif ukoll huma mistennija li jkunu mistiedna xi -rebbieħa ta' Miss World preċedenti.
Is-sena li għaddiet, il-konkors intrebaħ minn Maria Elluli li kkompetiet għal pajjiżna fiċ-Ċina fejn ġiet inkurunata bħala Miss World l-ewwel mara Messikana.
Is-serata tal-llejla se tixxandar live fuq ONE fid-09:00.