“Meta L-Missier Ikun F’Qagħda Li Jivvjaġġa, Isir Dan Il-Pass U… Nilqgħu Lill-Familja Al-Najjar.” – Il-Prim Ministru Robert Abela

Il-Prim Ministru Robert Abela fuq il-mezzi soċjali tiegħu jikteb,”Fl-aħħar jiem rajna traġedja umana sseħħ fejn pedjatra li kkurat tant tfal f’Gaża, spiċċat hi stess tilfet disa’ minn għaxar ulied tagħha. Żewġha u l-uniku wild li baqa’ ħaj huma midruba serjament.”





Hu jżid, “Nhar il-Ħadd għamilt l-offerta biex nilqgħu lil din il-familja f’pajjiżna biex nagħtuha l-kura u s-sostenn li hemm bżonn. Fl-aħħar sigħat, permezz tal-Ministeri għall-Affarijiet Barranin u għas-Saħħa, bdejna l-proċeduri biex meta l-missier ikun f’qagħda li jivvjaġġa, isir dan il-pass u kif għamilna diġà ma’ tant familji oħra, nilqgħu lill-familja al-Najjar.”

Il-Prim Ministru jtemm, “Waqt li nibqgħu nagħtu l-għajnuna umanitarja, pajjiżna se jibqa’ vuċi kostanti favur il-waqfien mill-ġlied ħalli ssaltan il-paċi u ma jibqgħux jintilfu tant ħajjiet innoċenti.”



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI