DBA Entertainment, il-kumpanija wara s-serje tant popolari Division 7, joffru diversi korsijiet għad-drama sabiex b’dan it-taħriġ vast, id-drama lokali tkompli tistagħna. Għal dawk l-istudenti li ilhom jattendu l-iskola ta’ DBA għal dawn l-aħħar sentejn jew tlieta, se jingħatalhom ċans li jmorru lil hinn mir-reċtar!
DBA se jagħtu l-opportunità lill-istudenti tagħhom biex apparti r-reċtar, jitħarrġu f’dak kollu li għandu x’jaqsam mad-drama televiżiva. Għalhekk se tgħallimhom kif “jibnu storja, jiktbuha u fl-aħħar jipproduċuha wkoll biex tixxandar fuq it-televiżjoni Maltija!” X’ opportunità hux!
Dan kollu se jsir bl-għajnuna ta’ tliet għalliema; Jason Zerafa, Glen Callus u Elliot Micallef, li lkoll għandhom diversi snin t’esperjenza f’dan il-qasam. Gwida.mt tixtieq tgħid prosit lil DBA Entertainment għal din l-inizjattiva!
Facebook / DBA Entertainment