Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, l-artista Doriana Portelli qasmet kitba ħelwa f’jum l-anniversarju tagħha, fejn illum hi u l-maħbub tagħha qed jiċċelebraw it-tieni anniversarju tagħhom.
Hi qalet, “Kollox beda b’messaġġ ... L-aqwa messaġġ li qatt iddeċidejt li nirrispondi! Inħobbok.”
Doriana mhix wiċċ fost dawk li jsegwu t-televiżjoni Maltija. Niftakruha f’Evanġelisti, Żafira, Strada Stretta, Il-Miraklu ta' Ħal Saflieni u Noli fost l-oħrajn. Doriana hija wkoll preżentattriċi fejn fost l-oħrajn tippreżena l-aħbarijiet sportive fuq it-televiżjoni.
Awguri kbira Doriana u Lionel, u nittamaw li kellkom jum mill-isbaħ!