Rodney Gauci Sab Żvog Alternattiv La Din Is-Sena Bla Pantomima!

Ftit tal-ġimgħat ilu ktibna artiklu fejn rajna li Rodney kien qalbu maqsuma għax din is-sena mhux se jkun qed iferraħna fuq il-palk tal-Istitut Kattoliku għall-Pantomima bil-Malti li l-kumpanija Teatru Rjal ittella’ ta’ kull sena.

Iżda bi pjaċir, Rodney stqarr li la għandu l-forced leave mill-Pantomima, xorta waħda se jkun qiegħed iferraħ lill-Maltin u l-Għawdxin: “Kuntent ħafna li d-Danusan fdaw lili u lil Tiziana Calleja bil-kreazzjoni ta’ xow adattat għal dawn iż-żminijiet.”

Ritratt: Geo Debono

Dan qalu għax ix-xow se jkun qed isir Ta’ Qali b’mod ta’ Drive-in, fejn in-nies se jibqgħu fil-karozza għall-ispettaklu kollu. Ix-Xow jismu CAR-aoke u ħafna nies bdew ukoll jinkwetaw għax se jkollhom ikantaw fuq il-palk imma l-produttur ta’ dan ix-xow, Daniel Chircop, qalilna li dan żgur ma jistax isir minħabba l-miżuri mid-Dipartiment tas-Saħħa.

Imma l-udjenza ħa tipparteċipa permezz ta’ daqq tal-ħorn, tpetpit tad-dawl, daħk, żfin u kant mill-atturi. 25 minuta ta' esperjenza mitad-Drive Thru Christmas li se ssir fil-Crafts Village, Ta’ Qali.



Għalkemm Rodney u Tiziana huma l-moħħ ta’ dan ix-xow, flimkien mad-Danusan, se jkun hemm 3 timijiet li jikkonsistu minn Rodney u Amber, Tiziana Calleja u Mario Cassar ta’ Min Imissu, u fl-aħħar u mhux l-inqas, J Anvil u Lee-N Abela, fejn l-udjenza se tiltaqa’ ma’ wieħed minn dawn id-dwetti fantastiċi fuq il-palk.

Awguri Rodney u l-atturi l-oħrajn kollha u grazzi talli tibqgħu tferrħuna!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI