Żewġ Kunċerti Ta’ Mużika Simfonika F’Malta Minn Orkestra Russa

L-orkestra tinsab Malta b’kollaborazzjoni ta’ Dar Il-Mediterran flimkien mal-fundazzjoni Ewropej tas-Sapport tal-Kultura u l-Kappella ta’ Pitroburgu. Tajjeb tkunu tafu li din mhux l-ewwel darba li din l-orkestra ħa tkun qed idoqq ġewwa Malta!

Fil-15 ta’ Ġunju s-solisti Julian Milkis u Haik Kazazian ser jingħaqdu mal-orkestra taħt id-direzzjoni tal-konduttur Alexander Chernushenko għal programm ta’ mużika klassika. Għal dawk li għandhom ħjiel tax-xena klassika, jafu li dawn huma ismijiet ta’ fama mondjali.

Bla dubju ta’ xejn Tchaikovsky, Rimsky Korsakov, Shor u l-Gilliland Jazz concerto ser ipaxxu lil kull min ser jattendi. Dawn huma erbaż kompożituri kbar fix-xena, tnejn minnhom għenu ferm biex ikabbru popolarita tal-mużika Russa, filwaqt li t-tnejn l-oħra qed igawdu minn popolarità dawn l-aħħar snin.

Fis-16 ta’ Ġunju, l-orkestra ħa ddoq xogħolijiet ta’ wieħed mill-aħjar kompożituri tas-seklu 19, Brahms. Alexandr Rudin u Vladimir Pogoretskiy, ħa jkunu ż-żewġ solisti protagonisti li ħa jingħaqdu mal-istess orkestra taħt id-direzzjoni ta’ Alexei Galea Cavallazzi.

Il-biljett ta’ kunċert wieħed jiswa għaxar ewro biss, filwaqt li min irid jattendi għaż-żewġ kunċerti, jħallas 15 ewros. Għal aktar informazzjoni, tista tiħdol fuq is-sit ta’ Dar Il-Mediterran fuq www.mcc.com.mt jew iċċemplu fuq 2559 5750.

Press Release / MCC

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI