Intervista: “Sar Abjad Karti Aktar U Indunajt Mill-Ewwel Li M’Għoġbux” – Charles Fuq Ir-Raġel Tiegħu Ron

Il-koppja ta’ fama mondjali li qed jagħmlu tant suċċess fil-qasam tal-moda, Charles u Ron, huma l-koppja magħżula għall-faċċatta tal-GWIDA għall-Frar. Charles jgħidilna li ltaqa’ ma’ Ron b’kumbinazzjoni ġewwa Amsterdam meta hu kien vaganza ma’ sħabu. Kont tlajt ma’ ħbieb tiegħi Olandiżi għax kellhom festin t’għeluq sninhom. Fl-aħħar jumejn konna ħriġna u ltqajt ma’ Ron. Il-vjaġġ lura Malta kien qiegħed fil-qrib imma Ron ma ridnix li nitlaq. Riedni nibqa’ ġurnata oħra miegħu”.





Min-naħa tiegħu Ron sippost kellu joħroġ ma’ sħabu, imma ftit qabel bgħatulu li ħadd ma kien ser joħroġ, “Dak il-ħin inħraqt u kont ser nibqa’ d-dar. Iżda f’ħin minnhom reġa’ bdieli, biddilt u ħriġt. Kien appuntu hemm fejn iltqajt ma’ Charles”.

L-intervista tkompli billi jitkellmu fuq l-imħabba tagħhom, jgħidulna li t-tnejn li huma romantiċi u ma jsibu xejn diffiċli li jaħdmu t-tnejn flimkien.  “Għalina hi xi ħaġa normali u aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar din il-fjamma ta’ mħabba qed tikber. Xi kultant nagħtu rigali lil xulxin, imma mhux bi drawwa” jgħidilna Charles. Fuq din skoprejna li r-rigali mhux dejjem kienu l-forte ta’ din il-koppja. 



L-ewwel rigal ta’ Charles lil Ron kien flopp kbir! Charles jgħidilna, “Meta ġie Ron l-ewwel darba Malta għal vaganza, xi xahar wara li ltqajna, sħabi bdew jgħiduli li ridt nixtrilu rigal. Iddeċidejt li nixtrilu ċurkett u għadu jidħaq bija sal-lum. Xtrajtlu ċurkett tad-deheb b’xi fosos! Xħin tajthulu dan iċ-ċurkett, wiċċu nbidel. Kien ser iħossu ħażin! Sar abjad karti aktar milli hu u indunajt mill-ewwel li m’għoġbux”. Tista’ tobsor kemm ħassu imbarazzat Ron dak il-ħin!

Fl-intervista li ser tiġi ppublikata fis-7 ta’ Frar mar-rivista l-ġdida GWIDA ser niskopru aktar fuq din il-koppja, fosthom għaliex fetħu l-kafetterija tagħhom! 

Natasha Attard

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI