Rekord Ta' Każijiet Tal-Covid-19 F'Pajjiżna – 258 Każ Ġdid!

Il-paġna ta’ Facebook tal-Awtorità tas-Saħħa, ippubblikat iċ-ċifri tal-lum. Malta rreġistrat 258 każ ġdid wara li fl-aħħar 24 siegħa saru 3,640 swab.

Il-gżejjer irreġistraw 182 irkupru ieħor, u b’hekk l-ammont totali ta’ rkupru tela’ għal 19,087 u n-numru ta’ każijiet attivi għal 2,582. Minn meta faqqgħet, Malta rreġistrat 21,982 każ u wettqet 691,644 test.

Matul l-aħħar 24 siegħa, żewġ anzjani tilfu ħajjithom. Il-post innota wkoll li sal-bieraħ, 25 ta’ Frar, 73,644 doża tal-vaċċin ġew amministrati lil diversi persuni fil-gżejjer. 23,395 minn dawn kienu t-tieni dożi.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI