Il-personalità Maltija Johan Mifsud stqarr kemm ikun għal qalbu li kieku xi darba jkollu l-opportunità jattendi l-Met Gala.
Żied ukoll jgħid li kieku dan kien minnu żgur li jkun kburi jirrappreżenta lil Malta. “Xi kultant sabiħ toħlom… u jien tassew kburi li jien Malti ” stqarr Johan. Huwa kompla jgħid li kieku qatt ikun parti minn dan l-avveniment internazzjonali, żgur li jieħu miegħu l-għeruq sbieħ Maltin tiegħu biex juri lid-dinja minn fejn ġej. Dan ġie muri fid-dettall, permezz ta’ ritratt tat-tibdila li ġie maħluq onlajn bl-Ai.
Il-kliem tiegħu ntlaqa’ b’mod pożittiv minn diversi persuni fuq il-midja soċjali, b’ħafna jfaħħru s-sens ta’ kburija lejn Malta u l-identità Maltija. Il-Met Gala kull sena jiġbed lejh l-akbar ismijiet fid-dinja tal-moda, mużika, films u kultura popolari fejn ħafna drabi ċ-ċelebritajiet jużaw il-ħwejjeġ tagħhom biex jirrappreżentaw storja, kultura kif ukoll messaġġ personali.
Xi ngħidu? Jidher li anke l-akbar avvenimenti internazzjonali jistgħu jqajmu sens qawwi ta’ kburija nazzjonali!
Fb/ Johan Mifsud